Il-Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura bħalissa għaddej bil-proġett tar-restawr tal-Funtana tat-Tritoni u qed jistieden lill-pubbliku biex ikun parti minnu.
Il-Ministeru qed jagħmel sejħa pubblika lil min għandu xi ritratti kemm antiki u kemm riċenti tal-Funtana tat-Tritoni sabiex jgħaddi kopja tagħhom. Dan qiegħed isir bl-iskop li jintużaw f’pubblikazzjonijiet, wirjiet jew avvenimenti marbutin mal-proġett. Ir-ritratti jistgħu jkunu kemm tal-funtana nnifisha, ta' persuni li jidhru magħha, inkella tal-wesgħa kif kienet qabel l-1959. L-awtur
iżomm id-drittijiet tal-awtur għar-ritratti li jkunu ġew sottomessi u dan
dejjem se jingħata ġieħ meta tali ritratti jintużaw għall-promozzjoni u
wirjiet.
Wieħed jista’ jmur il-Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura, Blokka A, Triq Francesco Buonamici, il-Furjana, fid-29 u t-30 ta’ Mejju 2017, bejn id-9am u 12pm u bejn is-2pm u l-4pm, u jħalli kopja tar-ritratti permezz tal-faċilitajiet li se jkunu offruti mill-Ministeru stess.
Ir-ritratti ser ukoll jintlaqgħu b’dawn il-metodi sal-Ġimgħa 30 ta’ Ġunju 2017:
Bil-posta tradizzjonali fl-indirizz: TRITONI, Kaxxa Postali 1026, Triq Nofsinhar, Il-Belt Valletta;
Bil-posta elettronika fl-indirizz: tritoni@gov.mt (id-daqs tal-ittra elettronika m'għandux ikun akbar minn 20Mb);
Mill-formola elettronika hawn taħt (id-daqs massimu tar-ritratti f'daqqa ma jistax jaqbeż 20Mb)
Importanti li qabel ma tissottometti r-ritratt/i taqra t-termini u kundizzjonijiet.
TERMINI U KONDIZZJONIJIET (
EN)
Aqra dawn it-termini u l-kundizzjonijiet
qabel ma tissottometti r-ritratti.
Jekk persuna għandha intenzjoni li
tibgħat ritratti li huma l-proprjetà intelletwali ta’ ħaddieħor, tali persuna
għandha ġġib il-permess tal-awtur.
Il-persuna għandha tgħid b’mod ċar min huwa/hija l-awtur/awtriċi
tar-ritratt/i billi tipprovdilna d-dettalji tal-awtur u l-permess bil-miktub li
ngħatat mingħand l-awtur.
Fil-każ ta’ persuna li tkun qed tissottometti r-ritratti fejn
hija/huwa l-awtur tar-ritratti, għandu/ha j/taqbel ma’ dan li ġej qabel ma jiġu
sottomessi r-ritratti:
L-awtur iżomm id-drittijiet tal-awtur
għar-ritratti li jkunu ġew sottomessi u dan dejjem se jkun akkreditat meta tali
ritratti jintużaw għal promozzjoni u wirjiet.
L-awtur jagħti lill-Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura (MTI)
d-dritt li jagħti ħajr għax-xogħol tiegħu/tagħha billi jippubblika l-isem u
r-ritratti. Billi jiġu sottomessi ritratti oriġinali, l-awtur ma
jagħtix garanzija lill-MTI, id-dritt li juża jew ibigħ ritratt, ħlief għal
finijiet promozzjonali jew ta’ wirjiet hekk kif inhu ppubblikat fuq
tritoni.gov.mt u dan għandu jsir
mingħajr talbiet ta’ kumpens mill-awtur.
L-MTI mhux responsabbli għal terzi
persuni li jistgħu jidhru fir-ritratti/i mingħajr il-kunsens tagħhom.
Ir-ritratti sottomessi jibqgħu
l-proprjetà intelletwali tal-awtur.
Billi tissottometti ritratti
fl-inizjattiva ‘Mil-Lenti Tiegħek’ #tritoni, dan ma jagħtikx il-garanzija li
r-ritratt se jkun magħżul għall-wirja jew pubblikazzjoni.
L-awtur qed jaqbel li jillibera minn
kull forma ta’ responsabbiltà lill-Ministeru għat-Trasport u Infrastruttura,
lill-organizzaturi, aġenziji ta’ reklamar, aġenti u impjegati, uffiċjali,
diretturi u rappreżentanti minn kull tip ta’ talbiet, danni jew ħsarat li
jistgħu jiġu kkawżati direttament jew indirettament minħabba l-parteċipazzjoni
f’din is-sejħa pubblika.