Il-Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali jinsab kommess u impenjat li jwettaq ħidma effiċjenti u ta’ kwalità fis-setturi vasti kollha li jaqgħu taħt l-umbrella tar-responsabilitajiet tiegħu. Hekk kif qegħdin noqorbu lejn il-Budget 2019, il-Ministeru jħoss li huwa għaqli li jwassal għand il-poplu Malti snapshot tal-kisbiet il-kbar li saru f’din l-aħħar sena.
 
Din il-kampanja informattiva hija maħsuba sabiex inti tkun taf x’qiegħed isir għall-benefiċċju tiegħek, tal-familja tiegħek u tal-kommunità li inti tgħix fiha fis-setturi tat-trasport, l-infrastruttura, l-ippjanar u fejn jidħlu wkoll proġetti kapitali.
 
Din is-sena l-Ministeru forsi qiegħed jissemma’ l-iktar fid-djar Maltin u Għawdxin fir-rigward tal-diversi proġetti li ġew u qed jiġu implimentati fl-infrastruttura tat-toroq tagħna, kif ukoll fir-rigward tar-restawr tal-funtana tat-Tritoni u d-diversi inizjattivi u skemi li ħarġu matul dan l-aħħar żmien. Imma hemm bosta xogħol ieħor li sar u li qed iwassal riżultati posittivi lill-poplu Malti u Għawdxi.
 
Segwi din il-kampanja biex tkun taf aktar dwar il-mod kif inti qiegħed jew qiegħda tibbenefika mill-ħidma tagħna. 
 
 
 
 OMAR5026 copy.jpg

 

​Kisbiet



Żieda f'użu tal-Ferries. 66,000 fl-2012, tlajna għal 843,000 fl-2015 u għal aktar minn 1.3 miljun vjaġġ fl-2017. Servizz li qed jiffaċilita l-ħajja għal min jixtieq juża mezz alternattiv. 


5EK4AwW7_-_MTIP_-_Achievement_Campaign-04 (1).png


Ħdimna mal-Kunsilli biex jiġu investiti iktar minn €4.2 miljun mid-Development Planning Fund fi proġetti għall-kommunità. ​


  

Dan is-sajf ħdimna lejl u nhar biex fi tliet xhur tejjibna s-sistema ta' infrastrutura ta' pajjiżna favur inqas diffikultajiet u aktar sigurtà fit-toroq tagħna. 17.4 kilometri ta' lanes ġodda jew imtejba u titjib fi 18 il-junction. 

5EK4AwW7_-_MTIP_-_Achievement_Campaign-01 (3).png

BUS 20 - Bis-saħħa tal-inizjattiva BUS 20 fejn żgħażagħ ta' bejn 16 u 20 sena jużaw tal-linja b'xejn, ġew iffrankati iktar minn €1.4 miljun mill-familji Maltin u Għawdxin. Iktar minn 20,000 żagħżugħ u żagħżugħa ibbenefikaw minn din l-inizjattiva.

 

 

 

 



Komplejna intejbu s-servizz tat-trasport pubbliku biex minn figura ta’ madwar 34 miljun fl-2012, rajna qabża għal 42 miljun fl-2015 u kambjament ieħor għal 48 miljun fl-2017. Din is-sena, ser nilħqu l-50 miljun fi vjaġġi.  ​